“L-Ewwel Ġurnata Wara L-Vaċċin… ” – Isostni Li Ħass Ftit Uġigħ Fejn Ħadt L-Injection Imma Kollox Normali

 “L-Ewwel Ġurnata Wara L-Vaċċin… ” – Isostni Li Ħass Ftit Uġigħ Fejn Ħadt L-Injection Imma Kollox Normali
George Bugeja tkellem dwar l-eeperjenza tiegħu tat-teħid tal-vaċċin fuq facebook fejn qal li ma ħass xejn ħlief li sa filgħaxija kellu ftit uġigħ fejn ħa l-injection.
“L-injection ma ħassejt xejn u dan minħabba l-fatt li l-volum huwa ħafna baxx, ħafna inqas milli jkun hemm fl-influenza vaccine. Sa filgħaxija kelli ftit uġigħ fejn ħadt l-injection.”
Kompla jgħid li ma kellu l-ebda sintomi, la deni, la uġigħ fil-muskoli u lanqas għejja “Kollox normali.”
Wara biss 24 siegħa, qal li l-uġigħ mar kompletament.
Permezz ta’ posts hekk minn esperjenzi ħajja tal-pubbliku, ikun qed jingħata kuraġġ lil dawk li forsi qed jibżgħu li l-vaċċin kontra l-Covid-19 għandu xi sintomi kbar. Ejja nagħmlu kuraġġ!

 

Ritratt: BBC.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com