Ħalliena Anthony D’Amato Ta’ D’Amato Records Tal-Belt Valletta

 Ħalliena Anthony D’Amato Ta’ D’Amato Records Tal-Belt Valletta
Fuq il-paġna ta’ facebook D’Amato Records tħabbret il-mewt ta’ Anthony D’Amato li ħalla legat sħiħ mużikali f’ħanut uniku, lill-familjari u anke lil pajjiżna.
Sa 3 ġimgħat ilu, Anthony D’Amato kien għadu qed jagħti daqqa t’id fil-ħanut popolari tiegħu tal-Belt Valletta. Hekk intqal fuq il-paġna tal-ħanut, li huwa l-eqdem ħanut tar-records li għadu jeżisti fid-dinja.

D’Amato ser iħalli legat mhux biss mill-aspett ta’ negozju tradizzjonali iżda wkoll ta’ mħabba, qlubija u rispett lejn dawk kollha li kellhom ix-xorti jiltaqgħu miegħu.
Il-quddies tal-funeral tiegħu se ssir nhar it-Tlieta li ġej 5 ta’ Jannar 2021 fil-Knsija tal-Karmelitani fil-Belt Valletta fl-10.00.
Minn Stradarjali.com, insellmu l-memorja tiegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com