L-ex Sindku Tar-Rabat Jitfa’ N-Nomina Għas-Siġġu Ta’ Scicluna

L-ex sindku kontroversjali tal-Rabat Charles Azzopardi tefa’ n-nomina tiegħu biex jimla’ s-siġġu fuq is-seba’ distrett elettorali li fl-aħħar tas-sena tbattal mill-ex ministru tal-Finanzi Edward Scicluna. Scicluna rriżenja minn deputat Laburista wara li ġie nnominat bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali qalet li fl-ewwel jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet ġiet ippreżentata nomina ta’ Azzopardi għall-elezzjoni każwali tal-membru parlamentari.
L-għadd tal-voti ta’ din l-elezzjoni se jsir fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, In-Naxxar, nhar it-Tlieta it-12 ta’ Jannar, 2021, mit-08.30am ‘il quddiem.