“L-Għażiż Żewġi Miet 4 Snin Ilu…”

 “L-Għażiż Żewġi Miet 4 Snin Ilu…”

“L-Għażiż żewġi miet 4 snin ilu. Kont naf lil Rennie mill-età ta’ 17-il sena. Kont miegħu u m’uliedu, imma iżjed minn hekk, il-Mulej kien miegħu wkoll.” Hekk kitbet mart Rennie Vella, Paulanne fuq il-midja soċjali tagħha dalgħodu hekk kif illum jaħbat ir-raba’ anniversarju minn meta ħalla din id-dinja.

Saħqet li Rennie qatt ma gerger, beka jew staqsa għaliex kien hu. Tenniet li kien jaf li l-Mulej se jieħdu fi ħdanu…

Paulanne kitbet li qed taqsam dan il-ħsieb pubblikament biex tagħti kuraġġ u jekk xi ħadd li tħobb ħalla din id-dinja, ma kinux waħedhom iżda kienu mal-Mulej li akkumpanjahom fil-vjaġġ hu.

Talbet ukoll biex tingħad talba żgħira. Strieħ fis-sliem Rennie.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com