L-Iskejjel Tal-Knisja Se Jkunu Qed Jgħallmu Online Fis-7 u t-8 Ta’ Jannar
Fi Stqarrija mill-Kurja, intqal li s-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika b’konsultazzjoni mal-iskejjel tal-Knisja nnutaw iż-żieda fil-każi tal-Covid-19 fejn jidher li ser jibqgħu ftit għoljin fil-jiem li ġejjin.
Għalhekk, it-tagħlim fis-7 u t-8 ta’ Jannar se jkun qed isir online. Dan biex l-iskejjel joffru edukazzjoni li tissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti, il-membri tal-istaff u l-familji tagħhom. Fl-istqarrija ntqal ukoll li din il-miżuri tista’ tiġġedded sat-13 ta’ Jannar jekk jibqa’ jkun hemm żiediet fil-każi.
Intalbet ukoll il-kooperazzjoni ta’ kulħadd f’dan ir-rigward.