Żewġ Żgħażagħ Ta’ 17-Il Sena Jindarbu F’Inċident Bil-Mutur F’Għawdex

 Żewġ Żgħażagħ Ta’ 17-Il Sena Jindarbu F’Inċident Bil-Mutur F’Għawdex

Żewġ żgħażagħ ta’ 17-il sena, it-tnejn mix-Xewkija ndarbu f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija fix-Xewkija.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart ta’ filgħaxija fi Triq is-Salvatur meta s-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur. Huwa ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi ħfief waqt li l-passiġġier ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com