L-Itwal Naxxari, Malti U Fl-Italja – Samuel Deguara Ma’ Tim Ġappuniż

 L-Itwal Naxxari, Malti U Fl-Italja – Samuel Deguara Ma’ Tim Ġappuniż

In-Naxxari Samuel Deguara qed ikompli s-suċċess tiegħu billi ffirma ma’ Tokyo Excellence li huwa tim professjonali Ġappuniż tal-Basketball. Dan it-tim qed jilgħab fit-tielet diviżjoni tal-league B fil-Ġappun.

Għandu tul ta’ 7.5 piedi u huwa l-itwal Malti. Huwa meqjus l-itwal persuna fl-Italja wkoll fejn lagħab ukoll ma’ timijiet f’dan il-pajjiż. Għandu 29 sena u għalkemm il-bogħod minn pajjiżu, iħobb ħafna raħal twelidu n-Naxxar fejn ta’ kull sena jżur il-festa tal-lokal tiegħu anke biex jiltaqa’ ma’ sħabu.

Apparti f’Malta, fl-Italja u issa fil-Ġappun, Samuel Deguara lagħab ma’ timijiet fl-Istati Uniti, fil-Litwanja, Tajlandja, Hong Kong, iċ-Ċili u anke fil-Filippini.

Awguri tassew Samuel!

Ritratt: Facebook/ Samuel Deguara

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com