Dawn huma l-10 kanzunetti li kkwalifikaw mill-ewwel semi-finali tal-Eurovision

 Dawn huma l-10 kanzunetti li kkwalifikaw mill-ewwel semi-finali tal-Eurovision

Ilbieraħ filgħaxija esperjenzajna l-ewwel serata tal-Eurovision fejn smajna total ta’ 15-il kanzunetta. Minnhom setgħu jikkwalifikaw biss 10! Dawn se jissieħbu mal-Italja, Spanja, Franza, il-Ġermanja, l-Ingilterra u l-Iżvezja fil-finali ta’ nhar is-Sibt li ġej li qed isir propju f’Malmo fl-Iżvejza.

Il-kanzunetti u l-pajjiżi li kkwalifikaw fl-ewwel semi-finali

  1. Ċipru rrappreżentata minn Silia Kapsis bil-kanzunetta Liar
  2. Is-Serbja rrappreżentata minn Teya Dora bil-kanzunetta Ramonda
  3. Il-Litwanja rrappreżentata minn Silvester Belt bil-kanzunetta Luktelk
  4. L-Irlanda rrappreżentata minn Bambie Thug bil-kanzunetta Doomsday Blue
  5. L-Ukrajna rrappreżentata minn alyona alyona & Jerry Heil bil-kanzunetta Teresa & Maria
  6. Il-Kroazja rrappreżentata minn Baby Lasagna bil-kanzunetta Rim Tim Tagi Dim
  7. L-Islovenia rrappreżentata minn Raiven bil-kanzunetta Veronika
  8. Il-Finlandja rrappreżentata minn Windows95man bil-kanzunetta No Rules!
  9. Il-Portugall rrappreżentat minn Iolanda bil-kanzunetta Grito
  10. Il-Lussemburgu rrappreżentat minn Tali bil-kanzunetta Fighter

Inti taqbel ma’ dawn l-għażliet? Hemm xi kanzunetta li tħasbu kien ħaqqha tgħaddi aktar minn dawn li ntgħażlu? Għidulna fil-kummenti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com