L-Onorevoli Oliver Scicluna Jispjega Għalfejn Ħafna Jsejħulu ‘Jimmy’

 L-Onorevoli Oliver Scicluna Jispjega Għalfejn Ħafna Jsejħulu ‘Jimmy’

Mhux l-ewwel darba li smajt persuni jirreferu għall-Onorevoli Oliver Scicluna bħala ‘Jimmy’. Fost l-oħrajn, ftit tal-jiem ilu, Jon Mallia esprima fuq Facebook l-ammirazzjoni tiegħu lejn il-ħabib tiegħu Oliver wara li dan ġie kkonfermat li se jkun qed jinħatar Membru Parlamentari f’isem il-Partit Laburista. Iżda matul il-kumment tiegħu, Mallia rrefera għalih bħala Jim jew Jimmy. “Għala ngħidlu l-Jimmy? Jekk dak inħallih jgħidilkom hu”, kiteb Jon Mallia fuq Facebook.

Ftit tas-sigħat wara, Scicluna ikkumenta fuq Facebook u qal li l-laqam ġej mill-karattru ‘Jimmy’ tal-cartoon Amerikan South Park, karattru lil bħal Scicluna juża’ l-krozzi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com