“Ma Niflaħx Ma Niftaħx Ħalqi… Mhux Sewwa Kulħadd Jitpoġġa F’Keffa Waħda” – Fr. Chris Ellul
“Ma niflaħx ma niftaħx ħalqi… mhux sewwa kulħadd jitpoġġa f’keffa waħda”, kiteb Fr. Chris Ellul, l-Arċipriet ta’ Ħal Tarxien.
Spjega permezz ta’ post fuq facebook li ma jħobbx jikteb fit-tul jew jiddefendi lilu nnifsu fuq il-midja iżda ma setax ma jiftaħx ħalqu u jkun sinċier.
“Meta jsir il-ħażin jagħmlu min jagħmlu qatt ma jsir tajjeb u qatt ma jkun ġustifikat u jiddispjaċini u nħoss għafsa ta’ qalb meta nara sitwazzjonijiet li qed ngħixu fihom bħalissa. Imma daqs tant ieħor qatt ma hu sewwa li jitpoġġa kulħadd f’ keffa waħda”, tenna Fr. Ellul fejn enfasizza li bħalu, hemm ħafna oħrajn li jaħdmu bil-qalb mat-tfal u adoloxxenti mingħajr ebda intenzzjoni ħażina jew aġir ħażin u mingħajr ma jistennew l-ebda grazzi jew xi ġieħ.
“Dak li nagħmlu nagħmluh għax ġenwinament inħobbu u nixtiequ l-ġid lil dawn iċ-ċkejknin afdati f’ idejna. Naprezza ħafna lil dawk li jissaportjawna u jafdawlna lil uliedhom mhux biss bħala abbatini, fil-kor u fil-katekiżmu u gruppi oħrajn imma naprezza wkoll li ma jsirx diskors u ġudizzju li jiċappas kulħadd f’ keffa waħda.”
Ritratt: Malta News, Photos and People