Malta T-Tieni L-Aktar Fl-UE Li Qed Tlaqqam Nies

 Malta T-Tieni L-Aktar Fl-UE Li Qed Tlaqqam Nies
Ċifri uffiċjali juri li Malta hija t-tieni l-aktar pajjiż li qiegħed ilaqqam nies għall-kontra l-Covid-19 fl-Unjoni Ewropea. Iċ-ċifri miġbura mill-World Data juru li kienet biss id-Danimarka li għandha rata aħjar minn ta’ pajjiżna fl-għoti tal-vaċċin kontra l-Covid-19. 
Din l-istatistika qed tinħadem skont l-ammont ta’ tilqim tal-ewwel doża tal-vaċċin fil-pajjiż għal kull 100 persuna.

Fuq livell dinji, Malta tikklassifika mal-ewwel għaxra.

Fuq twitter id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ta ħajr lill-istaff mediku u amministrattiv għall-ħidma li qed iwettqu biex ilaqqmu lill-poplu Malti u Għawdxi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com