Mara Tinsteraq F’Darha Minn Raġel Li Għamel Ta’ Bir-Ruħu Li Qed Ibiegħilha Biljett

Nancy Aquilina, bint mara anzjana, kitbet pubblikament li raġel ħabbat il-bieb tad-dar ta’ ommha u għamel ta’ bir-ruħu li qiegħed ibiegħ xi biljetti. Hija rrakkontat li filwaqt li l-anzjana marret iġġib il-flus sabiex tħallsu, huwa fil-pront serqilha l-kartiera tagħha u ħarab.
“Serqilha minn naqra penzjoni li għandha; il-flus imorru u jiġu imma werwirha”, qalet Nancy Aquilina.
Intant, hija appellat sabiex wieħed ikun viġilanti għal persuni li qed jużaw din it-tattika sabiex jisirqu, u sabiex wieħed ma jafdax lil min ma jafx f’daru.