Matthaeus Grasso Jgħid Li L-Islogan ‘Libertà Mhedda’ Qed Jerġa’ Jsir Relevanti

 Matthaeus Grasso Jgħid Li L-Islogan ‘Libertà Mhedda’ Qed Jerġa’ Jsir Relevanti

Minkejja li Matthaeus Grasso huwa l-aktar magħruf għall-eżerċizzju fiżiku, huwa spiss jikkumenta dwar kwistjonijiet kurrenti. Filfatt, illum tkellem dwar jekk l-istazzjonijiet ONE u NET għandhomx jingħalqu darba għal dejjem minħabba li huma stazzjonijiet b’bias lejn il-partiti politiċi li jitmexxew minnhom.

Grasso saħaq li jħoss li bħalissa madwar id-dinja hawn theddida fuq il-libertà, filwaqt li qal li wieħed għandu jiddeċiedi hu xi jsegwi, u għandu jkollu d-dritt li jsegwi stazzjon li għandu aġenda partikolari.

Grasso qal li kulħadd jaf li dawn iż-żewġ stazzjonijiet huma mmexxija mill-partiti l-kbar u li b’hekk għandhom aġenda li jippromwovu lill-istess partiti. “Mhux kulħadd jaf li kulħadd bl-aġenda tiegħu, mhux ovvja?”, staqsa Grasso.

Inti x’taħseb? Taħseb li l-propoganda politika li joħolqu l-istazzjonijiet tal-partiti għandha tiġi eliminata jew għandu jkun l-individwu li jagħżel xi jsegwi?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com