“Meta Ġiet Il-Pandemija Robert Abela Falla” – Bernard Grech
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li meta ġiet il-pandemija, il-Prim Ministru Robert Abela falla.
Dr Grech qal dan meta kien qiegħed jiġi intervistat minn Andrew Azzopardi fuq 103 FM.
Grech qal li dan il-Gvern qatt ma kellu pjan fit-tul. Qal li l-Gvern illum qed jammetti li m’għandux pjan fit-tul u jrid jiddiskuti biex jagħmel pjan fit-tul f’diversi oqsma. Qal li llum huwa evidenti li dan il-Gvern qed jiggrevna skont il-kriżi li jkollu u mhux jippjana fit-tul.
Dwar il-kriżi tal-pandemija, Dr Grech qal li meta inti titla’ fil-Gvern trid tkun ippreparat għalkollox. Qal li l-pandemija ħadd ma seta’ jimmaġinaha iżda meta ġiet il-pandemija Robert Abela falla.
Bernard Grech Jgħid Li Jekk Isir PM Ikeċċi Lid-Direttur Tal-Ħabs