“Nappella Biex Ħadd Ma Jiftaħ Il-Bieb Tad-Dar Jekk Ma Tkunux Tafu Min…” – Melanie Agius

“Nappella lir-residenti Bormlizi b’mod speċjali lill-anzjani, biex ħadd ma jiftaħ il-bieb tad-dar speċjalment jekk ma tkunux tafu min huwa. Kelli diversi ilmenti li hawn xi nies li qegħdin iħabbtu xi bibien biex jitolbu l-flus.”
Hekk kitbet il-Kunsilliera Melanie Agius fuq il-profil tal-facebook tagħha fejn appellat biex f’ każ li taraw xi persuni suspettużi, il-pubbliku għandu jagħmel kuntatt mal-pulizija fuq in-numru 112 jew billi jċemplu l-għassa ta’ Bormla fuq 22943251.
Ħudu ħsieb!