“Okkkkk Bilfors Kelli Nagħmlu… 2021 Topic, Ajma Jaħasra!”

 “Okkkkk Bilfors Kelli Nagħmlu… 2021 Topic, Ajma Jaħasra!”
“Okkkkkk bil fors kelli nagħmlu… 2021 topic 😉Ajma jahasra …” kitbet Therese Ann Cachia fuq facebook tagħha waqt li xxerjat tiktok video li għamlet.
Dan juri s-sitwazzjoni attwali. M’Aħna bl-ebda mod ngħidu li mhux inkwetanti l-ammont ta’ każi tal-lum, xejn affattu għaliex malajr ikun hawn min jieħu gost jgħid hekk dwarna.
M’għandna l-ebda skop għax il-verità hija verita. Imma donnu nitkellmu sena sħiħa fuq is-saħħa mentali u l-facebook illum 6 ta’ Jannar taħsbu li għen?
Hemm għalfejn kulħadd wieħed wara l-ieħor intellgħu status simili biex inżidu ma’ dak li qal ta’ qabilna, donnu biex mingħalina solvejna biċċa? Imma nsomma, liberta tal-espressjoni u tal-kelma. Kulħadd għandu dritt.
Però, mill-opinjoni tiegħi personali, nemmen li jekk veru rridu nimmaturaw, mhux ma nikkritikawx, anzi, nagħmlu sew, imma ninqatgħu ftit mill-kulur li ffissati fuqu u naraw aħna kif nistgħu nibdew ninbidlu. Insaqsu lilna nfusna; jien qed nimxi sew mar-regoli? Qed nilbes il-maskra kif suppost jew irid jaħtafni tal-ħanut biex nilbisha sew, wara li noffendieh ukoll?! Qed inżomm distanza? Qed norganizza attivitajiet b’ammont ikbar min-numru suġġeriet?
Imma prosit Therese Anna għax ilqatt il-musmar fuq rasu!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com