Raġel Jaqla’ Daqqiet B’Oġġett Li Jaqta’ F’għonqu
Sirjan ta’ 29 sena li jgħix Ħaż Żebbuġ weġġa’ gravi wara li allegatament qala’ daqqiet ta’ arma bil-ponta fil-Mosta.
Il-Każ seħħ it-Tlieta għall-ħabta tal-10pm, bil-Pulizija ġiet infurmata mid-Dipartiment tal-Emerġenza li daħlet persuna feruta f’għonqha, b’oġġett li jaqta’ u bil-ponta.
Il-Pulizija tad-Distrett tal-Mosta tkellmu mal-vittma fejn irriżulta li seħħ argument bejnu u bejn Sirjan ieħor f’garaxx fi Triq il-Kappar, Mosta. Il-Pulizija marru fil-post fejn seħħ l-argument, madankollu ma nstab ħadd.
Minnufih bdiet tfittxija għall-allegat agressur.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett tal-Mosta għadhom għaddejjin.