Is-sigriet ta’ kif tista’ ssajjar il-patata b’mod aktar veloċi

 Is-sigriet ta’ kif tista’ ssajjar il-patata b’mod aktar veloċi

Meta tkun trid tagħmel il-patata bħala kontorn għall-platt tiegħek, trid tibda ssajjar lilha l-ewwel ħaġa. Inkella tispiċċa sabiex il-bqija tal-ikel ikun lest u l-patata tkun għadha bilkemm bdiet tiħmar fil-forn.

Iżda hemm metodu li tista’ tuża sabiex issajjar il-patata b’mod aktar veloċi milli ssajjarha direttament fil-forn. Dan il-metodu jinkludi li tibda billi titfa’ l-patata fil-microwave u tħalliha ssir hemm. Imbagħad titfagħha ftit ħin fil-forn sabiex tiġi tqarmeċ u tieħu ftit kulur.

Skond ir-riċetta ta’ Nick Evan, fejn is-soltu l-patata tieħu kważi siegħa ssir fil-forn, meta tuża dan il-metodu, jirnexxielek issajjar il-patata f’madwar 20 minuta. Ibda billi titfa’ l-patata fil-microwave għal 10 minuti. Imbagħad oħroġha, itfagħha f’dixx u roxxilha ftit żejt taż-żebbuġa, bżar, melħ u ħabaq li trid. Wara daħħalha fil-forn u ħalliha 10 minuti oħra sakemm tieħu ftit kulur u tiġi tqarmeċ.

Il-patata tiġi wkoll differenti għax meta tiġi biex tiekol, tiduna li minn ġewwa hija ratba, filwaqt li minn barra tqarmeċ. Xi ħaġa li ma tiġix meta ssajjarha mill-ewwel dirett fil-forn.

Se tippruvah dan il-metodu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com