Rosianne Cutajar Tappoġġja Attivisti LGBTI Pollakki Li Jistgħu Jispiċċaw Il-Ħabs…
![Rosianne Cutajar Tappoġġja Attivisti LGBTI Pollakki Li Jistgħu Jispiċċaw Il-Ħabs…](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/01/201905eca_poland_podlesna-850x560.jpg)
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza Rosianne Cutajar qed taħdem biex issir kampanja internazzjonali biex tħeġġeġ il-Qrati Pollakki biex jwaqqgħu l-akkużi kontra 3 attivisti wara wżaw viżwali tal-Madonna mal-kuluri tal-LGBTI u qed jiġu akkużati li offendew it-twemmin reliġjuż.
Hi kkwotat l-għaqda Ilga-Europa li qalu li flimkien ma’ 5 NGO’s, qed jitolbu li jitwaqqgħu l-akkużi kontra dawn it-3 attivisti li qed jaffaċċjaw sa sentejn priġunerija.
Dan il-każ qajjem interess internazzjonalment wara li ħafna qed jargumentaw li dawn ir-ritratti m’għandhomx jitqiesu bħala offiża kriminali u l-akkużi fil-konfront ta’ dawn it-3 attivisti jkunu qed jċaħħdu d-dritt għall-espressjoni.
Fil-Polonja, li huwa pajjiż Ewropew, bħal f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja fosthom ukoll l-Ungerija, persuni LGBTI jiġu ppersegwitati regolarment.