“Sħana Jew Kesħa Lawrence Jsellmilna Waqt Li Jidderieġi T-Trasport…”

 “Sħana Jew Kesħa Lawrence Jsellmilna Waqt Li Jidderieġi T-Trasport…”
“Deħlin l-iskola, sħana jew kesħa u jsellmilna Lawrence waqt li jidderieġi t-trasport.” Hekk inkiteb fuq il-paġna ta’ SMC Secondary Verdala; l-iskola tal-Verdala fuq l-għoljiet ta’ Santa Margerita. Din tifforma parti mill-Kulleġġ ta’ Santa Margerita nfisha.
Tennew li l-iskola hija katina, ħolqa mal-oħra li tibda minn qabel ma jidħlu fiha l-istaff, għalliema u l-istudenti u tkompli wara li joħorġu.
“Kemm hu importanti li jien ukoll nagħmel l-irwol tiegħi f’din il-katina”, temm jgħid l-istatus li juri apprezzament lejn kull persuna li tifforma parti minn dan il-kulleġġ.
Lawrence illum kien fiċ-ċentru tal-attenzjoni u huwa tajjeb li niftakru f’kull persuna fuq il-post tax-xogħol tagħna; fil-fatt huwa bniedem irrispettat ħafna, kemm mill-istaff u l-istudenti u anke min-nies tal-Kottonera. Awguri u prosit tal-ħidma li tagħmel mal-ġenerazzjonijiet futuri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com