Tagħti Daqqiet Ta’ Sikkina Lil Żewġha Wara Li Ma Għarfitx Lilha Nfisha F’Ritratti Antiki
Mara ġiet arrestata wara li hija allegatament tat daqqiet ta’ sikkina lill-żewġha wara li rat ritratt tiegħu jagħmel is-sess ma’ mara li ħasbet li kienet mara oħra, iżda li effettivament kienet hi stess snin ilu. Dan il-każ seħħ fil-Messiku.
L-istorja bdiet meta l-mara sabet ritratti qodma fuq il-mowbajl tar-raġel tagħha, u f’wieħed mir-ritratti huwa deher li kien qed jagħmel is-sess ma’ ’mara‘. L-allegat agressur ma rrealizzatx li l-istampi kienu fil-fatt tagħha stess flimkien ma’ żewġha u kawża ta’ din il-konfużjoni hija attakkat lil żewġha b’mod vjolenti permezz ta’ daqqiet ta’ sikkina. Il-mara ġiet arrestata l-ġimgħa li għaddiet.
Ir-raġel, identifikat bħala Juan N, qala’ diversi daqqiet ta’ sikkina f’idejh u saqajh, sakemm fl-aħħar irnexxielu jieħu s-sikkina minn id martu, u staqsieha dwar liema ritratti kienet qed titkellem. Huwa imbagħad spjegalha li r-ritratti kienu fil-fatt tiegħu u tagħha meħuda snin qabel meta kienu għadhom fil-bidu tal-għerusija tagħhom.
Il-Pulizija marret fuq il-post u arrestat lill-mara wara li xi ġirien ċemplu għall-assistenza tal-pulizija hekk kif semgħu ħafna għajjat ġej mid-dar tal-koppja.