Tfajla Ta’ 18-Il Sena Taqla’ Daqqa Ta’ Tazza Wara Ġlieda Ma’ Tfajla f’Paceville

 Tfajla Ta’ 18-Il Sena Taqla’ Daqqa Ta’ Tazza Wara Ġlieda Ma’ Tfajla f’Paceville

Tfajla ta’ 18-il sena li toqgħod is-Siġġiewi ġarrbet ġrieħi gravi wara li kienet involuta fi ġlieda ma’ tfajla oħra ta’ 18-il sena f’San Ġiljan.

L-argument inqala bejn il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart. Kien hawn li l-Pulizija ġew infurmati li kien seħħ argument bejn żewġ persuni ġewwa stabbiliment fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ argument bejn tfajla ta’ 18-il sena li tgħix is-Siġġiewi u tfajla oħra ta’ 18-il sena li tgħix Pembroke.

Waqt dan l-argument allegatament intużat tazza.

It-tfajla li toqgħod is-Siġġiewi marret ġewwa ċentru tas-saħħa u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com