Uffiċjali Tal-WHO Ma Jitħallewx Jidħlu ċ-Ċina Biex Jinvestigaw L-Oriġini Tal-Covid-19
Uffiċjali mill-Għaqda Dinija tas-Saħħa li kienu fi triqithom biex jinvestigaw l-oriġini tal-virus Covid-19 fil-belt ta’ Wuhan ma ngħatawx aċċess biex jidħlu ċ-Ċina.
Il-WHO qalet li hemm problemi minħabba l-visas tal-uffiċjali li ma kienux għadhom approvati mill-awtoritajiet Ċiniżi.
Iċ-Ċina approvat l-investigazzjoni wara xhur ta’ negozjati mal-WHO li trid tiddetermina s-sors tak-virus li kien intraċċat f’Wuhan fl-2019.