“Zack Hu Ħieles Mill-Kanċer” – Il-Familja Terġa Tingħaqad Wara 5 Xhur
Bidu tas-sena mill-isbaħ għall-familja Mangion hekk kif irċevew l-aħbar li t-tifel Zack hu ħieles mill-kanċer.
Timothy Mangion, missier Zack, kiteb “nirringrazzja lil Alla għal din il-ġurnata brillanti. Zack huwa ħieles mill-kanċer u wkoll niltaqgħu mill-ġdid bħala familja wara 5 xhur. Grazzi lil dawk kollha li għenuna f’dan il-vjaġġ”.
Matul dawn il-5 xhur kemm Zack ilu jieħu l-kura l-familja kienet mifruda minħabba l-miżuri tal-Covid-19.
Storja mill-isbaħ u nawguraw lill-familja Mangion biex igawdu ‘l xulxin!