“Aħjar Jitgħallem Irodd Is-Salib” – Jikkumenta Dwar Tifel Li Jgħid Ir-Rużarju Fuq FB Flok Itieh Kuraġġ

 “Aħjar Jitgħallem Irodd Is-Salib” – Jikkumenta Dwar Tifel Li Jgħid Ir-Rużarju Fuq FB Flok Itieh Kuraġġ
“Kultant issib lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf dak li tistinka għalih”, inkiteb fuq il-paġna Rużarju ma’ Lior Schembri; iċ-ċkejken li mimli talenti fosthom tal-kant u li għandu mħabba għar-reliġjon li jħaddan hu.
“Dan wara li ta’ kuljum iżomm l-impenn tiegħu, u nassigurakhom li mhux faċli. Wara ġurnata skola, homework u mpenji oħra. Imma nibqgħu sodi biex lil dawk li għaddejjin mill-problemi nitolbu għalihom.”
Il-kumment miktub kien jgħid: “Aħjar jitgħallem irodd is-salib”.
Hekk kompla l-ħsieb fuq facebook fejn jidher li dan il-kumment weġġa’ lill-familjari tat-tifel. Insaqsu, għaliex nużaw il-midja soċjali biex nattakkaw anke tifel? Ma għajjar lil ħadd! Jekk forsi r-reliġjon tal-persuna huwa differenti, qed ngħixu f’pajjiż tolleranti, allura għaliex dan it-tip ta’ kliem?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com