“Aħna Fost L-Aktar Vulnerabbli… Kuljum Niċċekkja L-Kaxxa Tal-Ittri Bit-Tama Li Nirċievi L-Ittra Tant Mistennija” – Amy Camilleri Zahra

 “Aħna Fost L-Aktar Vulnerabbli… Kuljum Niċċekkja L-Kaxxa Tal-Ittri Bit-Tama Li Nirċievi L-Ittra Tant Mistennija” – Amy Camilleri Zahra

Amy Camilleri Zahra, persuna li għaddiet minn trapjant tal-kliewi, qed tappella sabiex persuni f’sitwazzjoni simili għal tagħha jingħataw prijorità għall-vaċċin. Hija qalet li, “filwaqt li ninsab kuntenta ħafna li naqra li l-programm ta’ tilqim jidher li qed jieħu spinta, ma nistax ma nsemmix lil dawk li għamlu trapjanti ta’ organi sħaħ u li sa issa għadhom qed jistennew l-ittra tagħhom biex jirċievu l-vaċċin”.

Hija saħħqet li diġà għaddew ġimgħatejn minn meta ssemma li persuni b’mard kroniku se jibdew jirċievu l-vaċċin.

“Skond ir-riċerka, aħna fost l-aktar vulnerabbli mill-gruppi vulnerabbli minħabba l-livelli għoljin ta’ immunosoppressjoni tagħna”, żiedet tgħid Camilleri Zahra filwaqt li fakkret li hi, persuni bħalha u l-familji tagħhom ilhom iżolati għal sena għax ma jistgħux jieħdu riskji.

Amy Camilleri Zahra ikkonkludiet li din is-sitwazzjoni kellha riperkussjonijiet kbar fuq is-saħħa mentali tagħhom: “Ilna sena ngħixu fil-biża’ u l-ansjetà kostanti. Madankollu, nibqa’ niċċekkja l-kaxxa tal-ittri tiegħi kuljum u nżomm il-mowbajl tiegħi viċin bit-tama li nirċievi l-ittra tant mistennija”.

F’post separata Camilleri Zahra qalet ukoll li minkejja li l-awtoritajiet jirrikonoxxu li persuni li rċievew trapjant huma vulnerabbli u b’hekk infurmawhom li se jkunu qed jirċievu l-ittra, hija saħħqet li gruppi ta’ nies b’riskju iżgħar se jkunu qed jirċievu l-vaċċin qabilhom. B’reazzjoni għal dan hija qalet, “Forsi għax aħna m’għandniex union biex tiġġieled għalina jew tipproteġina”.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com