Arrestat Wieħed Mill-Allegati Mħuħ Fl-Importazzjoni Tad-Droga Kannabis F’Malta…

 Arrestat Wieħed Mill-Allegati Mħuħ Fl-Importazzjoni Tad-Droga Kannabis F’Malta…

Il-Pulizija Taljana arrestat wieħed mill-allegati mħuħ involuti fl-importazzjoni tad-droga kannabis lejn Malta minn Sqallija. Dan kien isir permezz tal-katamaran.

Dan intqal fi stqarrija tal-Guardia di Finanza ta’ Napli qalet li f’operazzjoni li nvolviet mal-200 uffiċjal ġew arrestati għoxrin persuna u kienet immirata fuq tliet familji sinonimi mal-importazzjoni u traffikar tad-droga fl-Ewropa.

Arrestat ukoll kien hemm Geremia Esposito, Naplitan ta’ 61 sena li kellu rabtiet kummerċjali ma’ Malta lura fiż-żmien. Esposito kellu ristoranti fil-Waterfront tal-Birgu u f’Wied il-Għajn.

Intqal li l-Pulizija Taljana spjegat li d-droga kienet titlaq primarjament mill-port ta’ Buonaventura fil-Kolumbja fejn imbagħad, id-droga kienet tintbagħat lejn l-Italja u Spanja.

Id-droga li kienet tasal f’Malta kienet tgħaddi minn Sqallija fejn imbagħad kienet titwassal lejn Malta moħbija ġo vetturi fuq il-katamaran.

F’din l-operazzjoni, il-Pulizija Taljana waqqfet ukoll 40 kilo oħra ta’ droga li kienet intenzjonata għas-suq lokali.

Jidher li minn fost dawk arrestati, 10 minnhom qed jinżammu arrestati ġewwa darhom.

Ritratt: https://www.21secolo.new

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com