L-Ex Ministru Konrad Mizzi Illum Jixhed Fil-Każ Tal-Vitals

 L-Ex Ministru Konrad Mizzi Illum Jixhed Fil-Każ Tal-Vitals

Bħalissa fil-Qorti qiegħed jistema l-każ kontroversjali marbut mal-bejgħ tat-tliet spartijiet Maltin lil Vitals fuq kawża li fetaħ l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Il-każ infetaħ fi Frar tal-2018 bl-għan li jitħassar il-kuntratt li bih il-Gvern għadda tliet sptarijiet pubbliċi lil Vitals sabiex joperaw fuq numru ta’ kundizzjonijiet.

Dan il-ftehim li kien daħal fis-seħħ meta Konrad Mizzi li kien Ministru, ta konċezzjoni lill-kumpanija internazzjonali Vitals sabiex tmexxi l-isptar ta’ Karen Grech, San Luqa u l-iSptar Ġenerali t’Għawdex.

Minn dak iż-żmien l’hawn l-istess konċezzjoni daħlet għaliha l-kumpanija Steward Health Care.

Il-każ infetaħ kontra Joseph Muscat bħala eks Prim Ministru, kontra l-kumpanija Vitals Global Healthcare, l-Avukat Ġenerali u uffiċjali pubbliċi oħra.

Ritratt: Malta Today

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com