Badminton – Għada Jintlagħbu S-Semi Finali Tal-Kampjonat Nazzjonali

 Badminton – Għada Jintlagħbu S-Semi Finali Tal-Kampjonat Nazzjonali
Għada jintlagħbu is-semi finali kollha tal-ħamsin edizzjoni tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Badminton li qed isiru fil-kumpless sportiv tal-kottonera.
Fil-kategorija tal-irgiel, Matthew Abela jiltaqa’ kontra ħuh Mark u Sam Cassar jilgħab kontra Samuel Cali’. Fil-kategorija tan-nisa, Francesca Clark tilgħab kontra Michaela Ellul u Ann Marie Bezzina taffaċja liċ-ċampjin renjanti Fiorella Sadowski għal post fil-finali.
Fid-doubles tal-irġiel nistennew żewġ logħbiet missielta fejn Sam Cassar u Mark Abela jiltaqgħu kontra Samuel Cali u Matthew Abela filwaqt li fis-semi finali l-oħra Emerson Brundyn u Stephen Ferrante jilgħabu kontra Nigel Degaetano u Isaac Ellul. Mid-doubles tan-nisa, Fiorella Sadowski u Michaela Ellul kontra Christabel Cachia u Elenia Haber u fis-semi finali l-oħra Sarah Fava u Francesca Clark kontra Ann Marie Bezzina u Tiziana Mifsud.
Fl-aħħarnett fil-Mixed Doubles Matthew Abela u Sarah Fava jiltaqgħu kontra Ann Marie Bezzina u Mark Abela u fl-aħħar semi-finali tal-programm Sam Cassar u Francesca Clark jilgħabu kontra Samuel Cali’ u Fiorella Sadowski.
Il-logħob jibda fl-għaxra ta’ filgħodu u l-aqwa logħob t’għada u tal-finali il-Ħadd ser jixxandru live fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Badminton Malta.
Ritratt: Badminton Malta
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com