Bil-Filmat: L-Għalliema Se Jibdew Jieħdu L-Vaċċin Mill-Aħħar Ta’ Frar…

 Bil-Filmat: L-Għalliema Se Jibdew Jieħdu L-Vaċċin Mill-Aħħar Ta’ Frar…

L-Edukaturi u ħaddiema oħra ta’ servizzi essenzjali se jibdew jingħataw il-vaċċin tal-covid-19 mill-aħħar ta’ Frar u bidu ta’ Marzu li ġej. Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza ftit tal-ħin ilu.

Tenna li magħhom, ser ikun hemm inkluż ukoll ħaddiema fl-iskejjel u ħaddiema li jaħdmu fil-posta, u s-setturi tal-ilma u l-enerġija.

Waqt l-istess konferenza, Fearne ħabbar il-ftehim li sar bejn il-Gvern u l-Hospice Malta li se jfisser sussidju ta’ €2.5 miljuni fuq tliet snin.

Il-Ministru Fearne fakkar li sa issa, ingħataw 55,000 vaċċin li 18,000 minnhom ħadu t-tieni doża.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com