Għadek taqta’ Qalbek Biex Tibda? Aqraw X’Qalilna Ragnar…

 Għadek taqta’ Qalbek Biex Tibda? Aqraw X’Qalilna Ragnar…

Min jaf kemm -il darba nippruvaw u naqtgħu qalbna. Imma id-determinazzjoni pożittiva ġġiegħelna nkomplu sakemm naslu fejn nixtiequ. Glenn Ciantar magħruf aħjar bħala Ragnar, qasam magħna dawn il-ħsibijiet…

Kif bdejt tħobb l-eżerċizzju u l-gym?

Minn dejjem kont inħobb l-isport u kont dejjem nikkompeti f’xi ħaġa u dejjem nagħti l-mija fil-mija fiha għax dejjem kont noħoda bħala sfidapersonali. Apparti minn hekk, il familja tiegħi kollha tħobb xi tip ta’ sport u din kompliet tgħinni biex inkompli nissħħaħ f’dan il-qasam.

Veru li bniedem irid jiċċaħħad mill-ikel meta jibda l-gym?

Iktar milli jiċċaħħad, irid jidra jbiddel daqsxejn l-istil ta’ ħajja tiegħu jew tagġha u t-tip differenti tal-ikel li jrid jiekol. Ma jfissirx li ħaxix jew ikel simili biss bħal kif jaħsbu ħafna. Anzi pjuttost hemm ħafna affarijiet iktar x’tista’ tiekol però b’ċerti ammonti.

X’parir tagħti lil dawk li jaqtgħu qalbhom li kważi jibżgħu mill-gym?

Jekk diġà qed taqta’ qalbek mill-gym mela għadek mhux lest/a għall-bidla. Biex tmur għall-gym trid tkun lest jew lesta biex tagħmel is-sagriffiċji, li tissagrifika l-ħin, u li taġġusta it-‘timetable’ tiegħek fejn tinkludi l-gym fil-ġurnata. Għall-gym trid tkun moħħok issettjat u lest li l-ħolma li tixtieq vera twettaqha. Żomm ritratt ġo moħħok ta’ fejn trid tasal u ibqa’ żomm dik l-istampa f’moħħok sakemm tasal hemmhekk.

Jekk għandek ħolma ta’ stil ta’ figura li jista’ jkollok, kif tista’ tipprepara u taħdem għaliha?

Tibda billi tissettja moħħok. Kun kburi b’dak li trid tagħmel. Għamilha ma’ nies li jħobbu l-gym ukoll ħalli b’hekk anke s-suġġett jibda jsir iktar interessati u tixxerjaw ħsibijiet simili dwaru. Evita affarijiet li jafu jnaqssulek minn attivitajiet sportivi. Fittex affarijiet relatati mal-gym/sport, sir af is-suġġett. Il-ħolm dejjem jista’ jittwettaq skont kemm inti determinat. Taqtax qalbek, kulħadd hekk beda mix-xejn imbagħad maż-żmien beda jimxi ‘l quddiem sakemm illum wasal fejn wasal. Li tibda u li tkun ippruvajt, diġà huwa l-ewwel pass ġewwa.

Agħmlu kuraġġ, ibda mil-lum u tħallix għall-għada!

Għal aktar tagħrif flimkien ma’ Ragnar issieħbu f’dan il-grupp: https://m.facebook.com/groups/640523093242059

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com