Bil-Filmat: Min-Nhar It-Tnejn Li Ġej Ir-Ristoranti Jibqgħu Miftuħin Sa Nofs Illejl
Tħabbat li l-bars u l-każini ser jibqgħu magħluqa matul Marzu kollu, madanakollu r-ristoranti ser jibdew ikunu miftuħa sa nofs illejl.
Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li tenna li ż-żieda tal-każi huwa attribwit għal aktar testijiet li qed isiru. Intqal ukoll li l-varjant Ingliż huwa iżjed kontaġġjuż. Enfasizza wkoll il-punt, li l-vaċċini li qed jingħataw f’pajjiżna, kollha jaħdmu u huma effettivi.
Bosta reazzjonijiet minn diversi li kkumentaw fuq il-midja soċjali hekk kif dan l-aħħar, rajna żieda qawwija fin-numri b’226 każ ġdid irreġistrati propju llum.
Min-naħa l-oħra, kien hemm 220 persuna li fiequ.
Ritratt: Teletext Holidays