Għal Darb’Oħra Michelle Muscat Magħżula Biex Tkun Patruna Onorarja Ta’ Eurordis

 Għal Darb’Oħra Michelle Muscat Magħżula Biex Tkun Patruna Onorarja Ta’ Eurordis

Għat-tmien sena konsekuttiva, il-fundatriċi u l-President tal-Alleanza Nazzjonali għall-Appoġġ għal Mard Rari – Malta, ġiet magħżula, biex tkun Patruna tal-Eurodis Black Pearl fi Brussell, bħala rikonoxximent għall-impenn u x-xogħol tagħha għall-kawża tal-mard rari.

L-Alleanza bħalissa qed tinsisti biex jingħata malajr il-vaċċin lill-pazjenti membri u dawk li jieħdu ħsiebhom li huma l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà, ħafna drabi milquta mhux biss mill Marda innifusha imma wkoll minn nuqqas ta’ għarfien, mediċina u appoġġ disponibbli.

Il-fatt li kwistjonijiet importanti ta’ saħħa ma jinvolvux il-konsiderazzjoni ta’ pazjenti ta’ mard rari juri li għad hemm ħafna bżonn tal-promozzjoni ta’ din il-kawża u l-Alleanza determinata tibqa’ għaddejja b’xogħolha bħala l-vuċi ta’ dan il-grupp ta’ minoranza.

Bħala parti mill-Kampanja ta’ Għarfien 2021, l-Alleanza Nazzjonali għall-Appoġġ għal Mard Rari – Malta, f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Imdina u d-Dipartiment tax-Xogħolijiet xegħlu s-swar u l-foss tal-Imdina bl-erba’ kuluri tal-mard rari: Aħdar, Blu, Roża u Oranġjo.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com