Bil-Filmat: Proġett Ta’ €15,000 Biex Ikun Irrestawrat Abitat F’Ħaż-Żebbuġ

 Bil-Filmat: Proġett Ta’ €15,000 Biex Ikun Irrestawrat Abitat F’Ħaż-Żebbuġ

Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia waqt żjara lill-ħaddiema ta’ Ambjent Malta li bdew ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ u t-tħawwil ta’ siġar u ta’ arbuxelli indiġeni, tenna li qed isir propett ta’ restawr tal-abitat b’investiment ta’ €15,000, f’żona ffrekwentata minn bosta Żebbuġin.

“Qed inkomplu bil-ħidma tagħna biex inħaddru pajjiżna b’mod partikolari l-qalba tal-komunitajiet tagħna. Għaddej xogħol minn Ambjent Malta biex jiġu restawrati diversi abitati u llum beda x-xogħol fuq din it-triq biex tissebbaħ din iż-żona, jitħawlu aktar siġar u tingħata attenzjoni partikolari lis-siġar taż-żnuber li hemm diġà fuq il-post.

Dawn ix-xogħlijiet huma parti mill-aġenda tagħna biex inkomplu nħaddru pajjiżna: qed naħdmu biex intejbu l-estetika tat-toroq tagħna, intejbu l-kwalità tal-ħajja u nnaqqsu l-aspetti negattivi assoċjati mal-għajxien f’żoni urbani”, tenna l-Ministru Farrugia filwaqt li qal li dan ix-xogħol qed isir għas-saħħa tal-komunitajiet u għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

Il-Ministru qal li l-ħidma tinkludi xogħlijiet ta’ tisbiħ fis-soft areas eżistenti b’siġar u b’arbuxelli indiġeni, tneħħija ta’ skart, tneħħija ta’ speċi aljeni invażivi, iż-żbir korrettiv fuq is-siġar eżistenti, tneħħija ta’ materjal mejjet mis-siġar, tneħħija ta’ siġar mejta u tħawwil ta’ siġar ġodda minflokhom.

Ritratti (MECP)


 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com