BREAKING: Il-Prinċep Harry U Meghan Mhux Se Jmorru Lura Fi Ħdan Il-Familja Rjali…
Għadha kif ħarġet l-aħbar li d-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex mhux se jirritonaw lura fil-familja Rjali bħala membri attivi tagħha. Dan intqal fi stqarrija mill-Palazz ta’ Buckingham.
Ir-Reġina kkonfermat li l-koppja mhux se jkompli jaqdu d-dmirijiet tagħhom bħala membri tal-familja rjali.
Għalhekk, Harry u Meghan se jirritornaw lura t-titli militari onorarji kif ukoll il-patroċinji rjali.
Forsi għad-dinja tal-lum tista’ ma tfisser xejn jew inkella, tfisser ħafna.
Waqt li llum ħafna jridu jidhru, din il-koppja trid toħroġ kemm jista’ jkun mil-lenti pubblika u d-dinja tat-titli.