Coppa Italia – Inter kontra Juventus Illejla

 Coppa Italia – Inter kontra Juventus Illejla

F’San Siro illejla tintlagħab l-ewwel leg tas-semi finali tal-Coppa Italia bejn ir-rivali Inter u Juventus.

Il-kowċ ta’ Inter Antonio Conte se jkun mingħajr id-duo Romelo Lukaku u Achraf Hakimi li huma sospiżi filwaqt li għal Juventus mistennija li jibdew fil-qalba tad-difiża Leonardo Bonucci u Matthijs de Ligt filwaqt li l-goalkeeper veteran Gianluigi Buffon mistenni li jirritorna bejn il-lasti.

Juventus żgur ser ikunu qed jagħmlu minn kollox sabiex jpattu għad-diżapunt ta’ ġimagħtejn ilu meta tilfu kontra lis-stess Inter 2 – 0 fil-kampjonat.

Il-formazzjonijiet probabli huma dawn:-

Inter: Handanovic; Skriniar, De Vrij, Bastoni; Darmian, Barella, Brozovic, Vidal, Young; Lautaro Martinez, Sanchez

Juventus: Buffon; Danilo, Bonucci, De Ligt, Alex Sandro; Cuadrado, Bentancur, Arthur, McKennie; Kulusevski, Cristiano Ronaldo

Inter kontra Juventus illejla fil-20.45.

 

Ritratt: Forzaitalianfootball

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com