Dixxiplina – Mintoff ta’ Sliema W. sospiż tliet logħbiet.. 8 oħra sospiżi logħba

 Dixxiplina – Mintoff ta’ Sliema W. sospiż tliet logħbiet.. 8 oħra sospiżi logħba

RITRATT – Domenic Aquilina

Deċiżjonijiet tal-Kummissarju tad-Dixxiplona t-Tlieta filgħodu raw lill-midfielder ta’ Sliema Wanderers John Mintoff jiġi sospiż tliet logħbiet wara t-tkeċċija tiegħu l-ġimgħa mir-referee Matthew Degabriele fir-rebħa 1-0 tat-tim tiegħu fuq Santa Lucia.

Mintoff b’hekk se jitlef it-tliet logħbiet li jmiss għall-Wanderers fil-Kampjonat, għada l-Erbgħa kontra Valletta, kontra Senglea fi tmiem il-ġimgħa li ġejja u dik sussegwenti kontra Gudja United

Tmien players oħra mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi partita waħda kull wieħed.

Dawn huma Cain Attard ta’ Birkirkara, Brandon Paiber ta’ Floriana, Steve Borg ta’ Gżira United, Gonzalo Virano player ta’ Lija Athletic, id-duo ta’ Mosta Tyrone Farrugia u Gianluca Sciberras, Luis Filho ta’ Santa Lucia u Matthew Tabone ta’ Tarxien Rainbows.

Logħob li jmiss :-

L-Erbgħa 3 ta’ Frar – Centenary Stadium – fil-5pm – Gudja United v Gżira United, 9pm – Lija Athletic v Tarxien Rainbows.
L-Erbgħa 3 ta’ Frar – Hibernians Stadium – fis-6.30pm – Valletta v Sliema Wanderers.
Il-Ġimgħa 5 ta’ Frar – Centenary Stadium – 5pm – Żejtun Corinthians v Birkirkara, 9pm – Floriana v Santa Lucia
Is-Sibt 6 ta’ Frar – Hibernians Stadium – 2pm – Lija A. v Balzan, 6pm – Mosta v Gżira United.
Is-Sibt 6 ta’ Frar – Stadium Nazzjonali – 2pm – Tarxien Rainbows v Sirens, 6pm – Sliema W. v Senglea A.
Il-Ħadd 7 ta’ Frar – Stadium Nazzjonali – 2pm Valletta v Hibernians, 6pm – Ħamrun Spartans v Gudja United.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com