FA Cup – Illum Jibda L-Logħob Mill-Ħames Rawnd

 FA Cup – Illum Jibda L-Logħob Mill-Ħames Rawnd

F’Old Trafford illejla jibda l-logħob mill-ħames rawnd tal-FA Cup fejn Manchester United jilqaw f’darhom lill-West Ham United. Ir-red devils għadhom ġejjin minn draw ta’ 3 – 3 fil-Kampjonat Premier kontra Everton u bla dubju illejla ser jkunu qed jagħmlu minn kollox biex javvanzaw għar-rawnd li jmiss. Anke West Ham għadhom ġejjin minn draw ta’ mingħajr gowls kontra Fulham fit-tmiem il-ġimgħa bil-manager tagħhom David Moyes żgur ser jipprova jagħmel minn kollox biex jelimina lill-ex klabb tiegħu mill-kompetizzjoni.

Illejla wkoll fil-18.30 jkollna lil Burnley li jilgħabu kontra Bournemouth. Il-logħob minn dan ir-rawnd jkompli għada b’erba partiti:-

18.30     Swansea City vs Man. City

20.30     Sheffield United vs Bristol City

20.30     Leicester City vs Brighton & Hove Albion

21.15     Everton vs Tottenham Hotspur

Il-Ħamis jkollna żewġ partiti oħra:-

18.30     Wolves vs Southampton

21.00     Barnsley vs Chelsea

 

Ritratt: Express.co.uk

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com