Floriana Jirbħu u Santa Luċia Jikkonvinċu

 Floriana Jirbħu u Santa Luċia Jikkonvinċu

Floriana r-ritornaw għar-rebħ wara ħdax il-partita mingħajr rebħa meta fil-Hibernians Stadium għelbu lit-tim tal-qiegħ Senglea Athletics 2 – 0. Il-greens, li llum kienu taħt it-tmexxija ta’ Darren Vella, marru fil-vantaġġ grazzi għal Kristian Keqi fil-32 minuta bl-ewwel taqsima tintemm 1 – 0.

Fit-tieni taqsima Ryan Camenzuli skorja t-tieni u l-aħħar gowl tal-partita preċiżament fil-51 minuta għal skor finali ta’ 2 – 0.

Intant fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Santa Luċia għamlu ħerba minn Tarxien Rainbows meta skurjaw xejn anqas minn seba goal f’rebħa komda ta’ 7 – 0. Jamie Zerafa poġġa lil Santa Lucia fil-vantaġġ wara biss ħames minuti logħob b’Kevin Ante Rosero jagħmilhom tnejn fl-erbatax il-minuta. Augusto Caseres għamilhom tlieta fil-48 minuta u minuta biss wara Alan Da Silva Souza jiskorja r-raba gowl għal Santa Lucia. Kevin Ante Rosero reġa sab ix-xibka fil-56 minuta bl-akkwist il-ġdid Nicholas Pulis jagħmilhom 6 – 0 fil-80 minuta. Kevin Ante Rosero għaqqad hat-trick u skorja s-seba gowl tal-partita fil-89 minuta logħob għal skor finali ta’ 7 – 0.

 

Ritratt: MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com