Għaliex Hawn Min Jgħatas Bix-Xemx?

 Għaliex Hawn Min Jgħatas Bix-Xemx?

Allerġija għax-xemx? Le mhux il-każ .Il-fenomenu ta’ l-għatis fix-xemx jolqot minn 10 sa 35 fil-mija tal- popolazzjoni (inklużi it-trabi) u ilu magħruf ħafna.

Fil-fatt Aristotile filosofu Grieg prova jispjegah u wasal għal konklużjoni li s-sħana tikkawża għaraq fil-passaġġ nasali u b’ riżultat ta dan, il-bniedem jgħatas.

Iżda studji aktar riċenti wrew li wieħed jeħtieġ ikun għajnejh miftuħa biex jgħatas bix-xemx. Ix-xjenza uriet li meta stimulu bħal mhuwa id-dawl jgħarrax parti mil-ġisem magħrufa bħala s-sistema nervuża parasimpatika,

partijiet oħra tas-sistema jiġu stimolati ukoll. Fi kliem ieħor meta dawl qawwi bħal tax-xemx jikkawża il-pupilla tal-għajn tickien din taf twassal biex ikun hemm mukuża u staġnar fil-membrana nasali u hemmhekk jasal l-għatis Iżda allura kif biċċiet min-nies jgħatsu malli jaraw id-dawl tax-xemx u oħrajn le?!

Għal din it-tweġiba wieħed irrid jikkonsulta l-arblu tar-razza tiegħu għax dan il-fattur huwa ġenetiku. jiġifieri, iktar ma wieħed għandu nies fil-familja li jgħatsu bid-dawl tax-xemx iktar hemm ċans li hu
ukoll jkollu joħorġu il-maktur meta jilmaħ ir-raġġi is-sofor.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com