“Għaliex Hawn Tant Nies Twajba Jbatu Bil-Mard?”
Mariella Mizzi Attard li spiss tikteb ħsibijiet mirqumin u li jmissu l-qlub, ftit ilu kitbet dwar il-ġustizzja tan-natura, li rridu nammettu, ilkoll ġieli naħsbu fuqha u nszaqsu ‘għaliex jien?’
“Fi ġranet bħal dan nistaqsi lili nnifsi aktar minn qatt qabel fejn hi l-ġustizzja naturali. Għaliex hawn tant nies twajba jbatu bil-mard? Għaliex nies twajba jmutu bil-kanċer, bil-Covid, u b’elf marda u kundizzjoni oħra? Għaliex?”
Hekk esprimiet Mariella fuq il-midja soċjali tagħha. Hawnhekk iqum il-punt kemm verament aħna lkoll napprezza kull jum li ngħaddu minnu, aħnhiex dejjem infittux l-iżjed jew l-aħjar u ma nirrealizzawx kemm aħna xortina tajba li kellna jum ieħor f’din il-ħajja?!
Prosit Mariella.