Gzira United Idaħħlu Protest l-MFA

 Gzira United Idaħħlu Protest l-MFA

Ftit tal-ħin ilu Gzira United daħlu protest għand l-Assoċjazzoni Maltija tal-futbol fejn qedin jipprotestaw dwar plejer ta’ Gudja United li skont huma ma kienx eleġibli li jilgħab fil-partita tal-bieraħ. L-isem tal-plejer għadu mhuwiex magħruf.

Il-partita intemmet 1 – 1 b’gowls ta’ Maxuell Maya għal Gzira United u Joan Bolanos għal Gudja United.

Fil-ġranet li ġejin l-bord tal-protesti tal-MFA ser ikun qed jisma dan il-każ.

 

Ritratt: Gzira United

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com