Ħamrun S. u Hibernians Ma Jfallux

 Ħamrun S. u Hibernians Ma Jfallux

Fl-aktar logħba mistennija tat-tmiem il-ġimgħa mill-Kampjonat Premier Malti, Birkirkara temmew is-sensiela tat-tnax il-partita fil-Kampjonat mhux megħluba meta tilfu 2 – 0 għas-spejjes tal-leaders Hamrun Spartans.

L-ewwel gowl tal-partita ġie skurjat minn Jorge Ailton Soares wara tmien minuti logħob. Hamrun Spartans irnexxilhom tul il-logħba kollha jikkontrollaw lill-avversarji tagħhom u fil-90 minuta Jorge Ailton Soares reġa sab ix-xibka avversarja f’kontra attakk veloċi. B’hekk Ħamrun ħadu tlett punti f’konfront dirett fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika.

Intant anke Hibernians żammew il-pass mal-stess Hamrun meta fil-Hibernians Stadium għelbu lill-Mosta 2 – 0. Iż-żewġ goals waslu fit-tieni taqsima permezz ta’ Bjorn Kristensen u Andrei Agius fil-48 u fil-52 minuta rispettivament.

 

Ritratt: Mark Mangion

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com