Il-Kamra Għan-Negożji Żgħar U Medji Tirbaħ Unur Ewropew Għall-Għajnuna Fil-Covid-19

 Il-Kamra Għan-Negożji Żgħar U Medji Tirbaħ Unur Ewropew Għall-Għajnuna Fil-Covid-19

Il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji (Malta Chamber of SMEs) rebħet il-premju għas-Solidarjeta’ Ċivili organizzat mill-EESC, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-appoġġ tagħha lill-SMEs matul iż-żminijiet inċerti tal-COVID-19.

Il-Kamra mexxiet is-servizzi li toffri normalment online u żiedet il-provvista tagħha b’sensiela ta’ webinars u pjattaforma għas-sidien tan-negozji.

Hekk kif bdiet il-kriżi, il-Kamra – li tirrappreżenta ’il fuq minn 7 000 SME – għamlet tibdil f’xogħolha u ħolqot struttura ta’ appoġġ għall-SMEs, li ffukat fuq il-ħtiġijiet essenzjali u s-sopravivenza tagħhom. Dan kien jinkludi l-iskambju ta’ prattiki tajbin, sessjonijiet ta’ informazzjoni, masterclasses, konferenzi, webinars, proposti ta’ politika u rappreżentazzjoni pubblika.

https://www.facebook.com/453723928015129/videos/3745162112204611

Il-KESE, korp konsultattiv li jirrappreżenta s-soċjetà ċivili tal-Ewropa fil-livell tal-UE, għażel il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji bħala l-aħjar kandidat Malti għall-Premju, u qal li l-proġett tagħha kien eżempju notevoli ta’ solidarjetà li spikka matul il-kriżi tal-COVID-19.

Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji tħabbret bħala waħda mit-23 rebbieħ f’ċerimonja ta’ premjazzjoni virtwali organizzata mill-KESE.

Kull rebbieħ irċieva premju b’valur ta’ EUR 10 000.

Ir-rebbieħa ntgħażlu minn total ta’ 250 applikazzjoni mressqa minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, individwi u kumpaniji privati. Il-proġetti kollha kellhom is-solidarjetà bħala l-ixprun tagħhom u wrew modi kreattivi u effettivi biex jindirizzaw l-isfidi li ħafna drabi kienu ta’ qtigħ il-qalb minħabba l-kriżi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com