Il-poloz tar-Rawnd li jmiss tal-FA Trophy għal nhar il-Ħamis filgħodu

 Il-poloz tar-Rawnd li jmiss tal-FA Trophy għal nhar il-Ħamis filgħodu

Il-poloz tar-Rawnd li jmiss il-Fażi tas-Sittax tal-FA Trophy se jitilgħu nhar il-Ħamis li ġej fl-10.30am.

Jonqos logħba waħda mir-Rawnd tat-32 bejn Żejtun Corinthians u Hibernians li ġiet posposta l-Erbgħa li għaddew wara li Żejtun inħakmu minn sitwazzjoni bil-pandemija, b’żewġ players pożittivi, ħamsa oħra li sakemm qed nitkellmu ukoll għadhom fi kwarantina.

Is-sittax-il tim li se jkunu qed jistennew l-eżitu tal-polza l-Ħamis li ġej huma dawn :-

  1. Sirens, 2. Senglea Athletic, 3. Pembroke Athleta, 4. Għajnsielem, 5. Birkirkara, 6. Tarxien Rainbows, 7. Santa Lucia, 8. Valletta, 9. Marsa, 10. Ħamrun Spartans, 11. Xagħra United, 12. St.Andrews, 13. Mosta, 14. Naxxar Lions, 15. Gżira United u naturallment 16. Żejtun Corinthians jew Hibernians.

Il-Ħamis ukoll fil-Kwartieri tal-MaltaFA f’Ta’ Qali jitilgħu ukoll il-poloz tal-Play-offs tan-National Amateur League
(champions u promotion) u tas-Semi-Finali tal-Women U15 Knock Out.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com