Il-Kap tal-Oppożizzjoni ppreżentat bl-istrateġija l-ġdida tal-MFA

 Il-Kap tal-Oppożizzjoni ppreżentat bl-istrateġija l-ġdida tal-MFA

L-istraġeija dan l-aħħar imħabbra mil-Malta Football Association ġiet diskussa waqt żjara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għamel fl-uffiċini tal-Assoċjazzjoni f’Ta’ Qali.

Huwa ġie milqugħ mill-President Bjorn Vassallo li spjega fid-dettal il-pjanijiet tal-Assoċjazzjoni għas-snin li ġejjin, fuq quddiem nett il-progress fis-settur tekniku li għandu jwassal għal riżultati aħjar fil-livelli kollha tat-Timijiet Nazzjonali, governanza tajba, sostenn u għajnuna lill-klabbs membri, kif ukoll titjib konsiderevoli fl-infrastruttura tal-Assoċjazzjoni, bil-bini ta’ Ċentru ġdid tal-Futbol f’Ta’ Qali fuq quddiem tal-prioritajiet.

Bernard Grech wera nteress f’din il-viżjoni ‘l quddiem min-naħa tal-Assoċjazzjoni u wiegħed kull għajnuna jekk ikun hemm bżonn fl-implimentar ta’ din l-istrateġija, li għandha tara l-qabża fil-kwalita tant mixtieqa u f’kull livell fil-Futbol Malti, parti minn din l-ewwel strateġija qatt imnedija għall-ġid tal-Futbol Malti.

Wara l-laqgħa, l-President Vassallo dawwar lill-Kap tal-Oppożizzjoni mal-faċilitajiet kollha tal-Assoċjazzjoni u spjegalu fid-dettal uħud minn fost il-proġetti li l-MFA se tkun qed tembarka fuqhom fiż-żmien li ġej.

Jakkumpanja lil Bernard Grech f’din iż-żjara fl-MFA kien hemm is-shadow minister għall-isport, Clyde Puli, preżenti ukoll il-Viċi President tal-MaltaFA Matthew Paris u s-Segretarju Ġenerali, Angelo Chetcuti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com