Il-Kelba Nstabet Jumejn Ilu Fit-Toroq… Kellha Tumur…

 Il-Kelba Nstabet Jumejn Ilu Fit-Toroq… Kellha Tumur…
Fuq il-paġna tal-AAA (Association for Abandoned Animals) ittellgħu ritratti ta’ kelba bl-isem ta’ Kate li nstabet jumejn ilu tiġri fit-toroq.
Intqal li lbieraħ Kate ittieħdet għand il-Vet fejn sabu li kellha tumuri f’sidirha kif ukoll kellha bżonn intervent fi sniena li kienu mħassrin u bdew jaqgħulha.
Grazzi għal Dr. George u t-tim tiegħu minn Dr Trevor’s Clinic f’Ħ’Attard għad-dedikazzjoni tiegħu, l-interventi kienu suċċess.
Faħħru wkoll lil Maria jenkins li nnutat il-kelba fit-toroq hi u ħadet l-inizjattiva tiġborha qabel ma ttajret minn xi vettura.
Bla dubju, irringrazzjaw ukoll lil bosta li jagħtu s-sapport tagħhom lis-santwarju biex permezz tagħhom, ikomplu għaddejjin bil-ħidma utli u ta’ ġid mal-annimali abbandunati.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com