Il-PN Bi Proċess Ta’ Konsultazzjoni Dwar il-Pensjonijiet
Il-Partit Nazzjonalista nieda proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-pensjonijiet li qal li għandu l-għan li l-pensjonanti jkollhom pensjoni adegwata biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja diċenti u jkunu jistgħu jlaħħqu mal-ħajja u mal-piżijiet li qegħdin dejjem jiżdiedu fosthom fil-prezzijiet tal-prodotti essenzjali ta’ kuljum.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Viċi Kap tal-PN David Agius fejn stqarr li l-PN jrid li jisma’ lil kulħadd matul dan il-proċess. Dan biex insaħħu l-pensjonijiet, li jkunu parti mil-linja bażi tad-drittijiet soċjali.
Il-PN qal ukoll li jrid jindirizza wkoll id-differenzi fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa meta din qed twassal finalment għal differenzi wkoll fil-pensjonijiet bejn l-irġiel u n-nisa.
Dawk interessati jistgħu jagħmlu kuntatt fuq in-numru 79423101 jew bl-imejl [email protected]. Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-pensjonijiet jibqa’ sejjer sal-bidu ta’ Marzu 2021.
Il-PN qal li meta l-Gvern Laburista ma indirizzax is-sostenibbilta’ tal-pensjonijiet b’serjetà, l-Partit Nazzjonalista qed jagħżel li jpoġġi r-riforma tal-pensjonijiet u l-ħajja tal-pensjonijiet fuq quddiemnett tal-aġenda politika tiegħu.