Il-Prim Ministru Ser Jippreżenta Abbozz Ta’ Liġi Dwar L-Użu Responsabbli Tal-Kannabis
Il-Prim Ministru Roberta Abela ħabbar li se jippreżenta abbozz ta’ liġi biex jirregola l-użu responsabbli tal-kannabis f’Malta.
Il-Liġi tipproponi li l-Pulizija ma jarrestawx persuni għall-użu personali waqt li l-funzjonijiet tad-tribunal għad-drogi għandu jkun rivedut u mtejjeb.
Dan l-iżvilupp, f’risposta bil-miktub lil Lovin Malta seħħ wara li f’jum San Valnetinu seħħ l-arrest ta’ kopja adoloxxenti wara li kienu qed jagħmlu użu mill-kannabis fil-kamra tagħhom f’lukanda.
Sadanittant, L-Onorevoli Rosianne Cutajar fakkret li hi kienet minn ta’ quddiem li ħadmet biex tgħaqqas sett ta’proposti: “F’dawn l-aħħar xhur, ħdimt biex ngħaqqad sett ta’ proposti biex nimxu l-quddiem fil-qasam tal-kannabis għal użu personali u nwettaq din ir-riforma li gejt fdata biha”, filwaqt li sostniet li hija kburija li l-Prim Ministru appoġġja l-proposti tagħha.