Il-Prinċep Charles U Martu Jieħdu L-Ewwel Doża Tal-Vaċċin

 Il-Prinċep Charles U Martu Jieħdu L-Ewwel Doża Tal-Vaċċin

Il-Prinċep Charles u martu Camille ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin ta’ kontra l-COVID-19.

Il-Prinċep ta’ Wales, li għandu 72 sena u d-Dukessa ta’ Cornwall, li għandha 73 sena, ħadu l-vaċċin hekk kif huma jinsabu fil-lista ta’ dawk li jmisshom jieħduh skont l-età.

Fl-Ingilterra sa issa ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin aktar minn 12-il miljun persuna.

Il-Prinċep Charles ttestja pożittiv għall-COVID-19 matul l-ewwel mewġa tal-pandemija f’Marzu tas-sena l-oħra u kien qal li esperjenza biss sintomi żgħar. Ibnu l-Prinċep William, li wkoll kien pożittiv għall-Covid-19, kien affettwat ħażin ħafna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com